Meta għamluli l-quċċija, qbadt pinna. Qlajja’ antika jew le, meta ta’ sena għażilt il-pinna minn tant oġġetti oħra, ma kinitx esperjenza insinifikanti. Dan għaliex dan il-jum irrappreżenta l-passjoni li tant inħaddan. Sa minn eta’ żgħira l-ġenituri tiegħi jgħidu li kont dejjem tarani b’xi kulur, lapes, karta jew ktieb f’idejja. Meta tgħallimt nikteb u bdejt nikber, kont ta’ sikwiet inħarbex xi poeżija, xi reċta u saħansitra xi novelli qosra. Ġo fija bdiet tinbet u titkebbes il-ħolma li xi darba nikteb u nippubblika ktieb. Bqajt nemmen li din hija ħolma li tista’ ssir realta’, u b’ħafna ħsieb, kitba, editjar, taħdidiet, determinazzjoni u persitenza din il-ħolma issa seħħet tassew. L-unika bidla li saret fil-ħolma tiegħi kienet li ma waqaftx mal-pubblikazzjoni tal-ewwel ktieb. Il-pinna ma ħallitnix bi kwieti. Baqgħet tittantani. U bqajt nikteb...
Ibbenefika minn 5% skont fuq l-ewwel ordni tiegħek meta tirreġistra biex iżżomm ruħek aġġornat u tibbenefika minn offerti speċjali.
Copyright © 2023 | Jacqueline Mizzi - Drittijiet miżmuma