Jacqueline Mizzi | Awtriċi

Jacqueline Mizzi | AwtriċiJacqueline Mizzi | AwtriċiJacqueline Mizzi | Awtriċi

Jacqueline Mizzi | Awtriċi

Jacqueline Mizzi | AwtriċiJacqueline Mizzi | AwtriċiJacqueline Mizzi | Awtriċi
  • Merħba
  • Bijografija
  • Kotba
  • Ikkuntatjana
  • Blog
  • More
    • Merħba
    • Bijografija
    • Kotba
    • Ikkuntatjana
    • Blog

  • Merħba
  • Bijografija
  • Kotba
  • Ikkuntatjana
  • Blog

Kotba

Koppji

Esperjenza Unika Sabrina

Noti blu

€13.00


Eta': 18+

Kategorija: Rumanz

Numru ta' pagni: 224

Ippublikat: 2023

Pubblikaturi: Horizons

 ISBN:  978-99182-02-44-7


 Daniel u Isabel
Olivia u William

Żewġ koppji li ħajjithom mhix kopja ta’ xulxin.
Żewġ koppji fejn kull karattru jikkoppa meta ma jiħux kopja ta’ martu, ta’ żewġu,
jew ta’ ħajtu stess.
Żewġ koppji li mhux darba jew tnejn jiġu koppi;

… min bil-għatx għal qatra u min fis-sakra.
… min jittama u min donnu se jmut bil-piena.
… min jistenna biex forsi jithenna u min jistenna u jitherra.

***

M’għandi xejn egħżeż minn dawn l-anġli, imma r-rutina ta’ 24/7 ma jippreparak

ħadd għaliha. Olivia

Għal ħaddieħor, dil-pittura sempliċiment xbieha ta’ mara kwalunkwe; għalija le ...

għalija hija l-Mara, memorja fissa. William

L-unika ċertezza li qatt kelli f’ħajti kienet li se nsir omm! Isabel

It-tama l-aħħar li tmut. Daniel 

Ixtri

Noti blu

Esperjenza Unika Sabrina

Noti blu

 €11.00

 

Eta': 12+

Kategorija: Rumanz

Numru ta' pagni: 239

Ippublikat: 2021 

Pubblikaturi: Horizons

 ISBN:  978-99182-00-71-9


Sitt adolexxenti…

Ġuvni misterjuż…

Skola waħda…

Djar differenti…

Ħafna emozzjonijiet…

Is-sena skolastika 2019/2020…

Logħba mal-inviżibbli…


Din l-istorja tlaqqagħna ma’ sitt karattri ewlenin, ilkoll b’bagalja t’esperjenzi personali differenti. Ta’ kuljum jiltaqgħu f’post komuni – l-iskola. Il-karattri huma mżewqa b’varjazzjonijiet fl-apparenza, fil-karattru, fl-attitudni, kif ukoll bi sfond ta’ realtajiet familjari differenti. Iżda, minkejja d-differenzi ta’ bejniethom, hemm ħaġa waħda li tgħaqqadhom flimkien – l-emozzjonijiet universali u r-relazzjonijiet li jikkumplikaw irwieħhom fi żmien l-adolexxenza.


Julia u Sarah, Andy u Zak, Kane, u fl-isfond, bħal fatat li ma tintebaħx bih ħlief mill-fewġa tinten li jġib miegħu, hemm Gordon – ġuvnott partikolari. Enigma. U Carlos? Min hu dan il-ġuvni li fil-parti l-kbira tal-istorja jeżisti biss b’mod virtwali, moħbi wara ritratt misterjuż? U n-noti fuq karti blu, li saru wkoll protagonisti, min qed jiktibhom?

Ixtri

Esperjenza Unika Sabrina

Esperjenza Unika Sabrina

Esperjenza Unika Sabrina

 €10.00 

 

Eta': 14+

Kategorija: Rumanz

Numru ta' pagni: 191 

Ippublikat: 2017

 Pubblikaturi: Horizons 

ISBN:  978-99957-63-24-4 

 

'Esperjenza Unika Sabrina' huwa ktieb li l-istorja tiegħu issegwi lill-ewwel ktieb li jġib l-isem ta' 'Esperjenza Unika Love'. L-istorja tkompli u l-qarreja se jsiru jafu x'ġara sena wara mill-istorja tal-ewwel ktieb.


X’ġara sena wara mill-karattri tal-ktieb ‘Esperjenza Unika, Love’? X’sar minnhom Elisa, Ruth, Robert u Marco? … u fuq kollox… x’ġara minn Sabrina? 


F'dan il-ktieb se niltaqgħu ukoll ma' protagonist ġdid - Spiru - il-prova li l-irġiel ma kinux kollha l-istess, u li b'imħabba xierqa u bla kundizzjoni, kull bniedem jista' jitrasforma ruħu u jsir persuna aħjar.

Ixtri

Esperjenza Unika Love

Il-Kantina tas-Sigrieti

Esperjenza Unika Sabrina

€10.00

Eta': 14+

Kategorija: Rumanz

Numru ta' pagni: 201

Ippublikat: 2016

 Pubblikaturi: Horizons 

ISBN:  978-99957-38-89-1


‘Esperjenza Unika, Love’ huwa l-ewwel wieħed minn serje ta' żewġ rumanzi. Rumanz li tabilħaqq jappella għaż-żgħażagħ, u għal dawk li jridu jerġgħu jesperjenzaw il-ħajja minn għajn żagħżugħa, mhux biss għall-plott u l-kontenut tiegħu, iżda wkoll għall-mod frisk u modern ta’ kif inhu miktub u mqassam. 


Element interessanti li fih dan ir-rumanz hu l-fatt li l-qarrejja se jkollhom l-opportunità jaqraw xi jkun għaddej minn moħħ l-erba’ protagonisti: Elisa, Marco, Ruth u Robert, li għandhom bejn l-14 u s-16-il sena.  Erba’ żgħażagħ, li minkejja li lkoll jinsabu fl-istess kuntest - villeġġatura fis-sajf - ilkoll iġorru bagalja ta’ esperjenzi personali u emozzjonijiet kuntrastanti, li xi drabi, bla ma jintebħu, ikunu wkoll simili.


Kull sajf kien jibda dejjem bl-istess mod. Elisa tistħi minn Robert u Marco, Marco jistħi minn Elisa u Ruth. Ruth tistħi minn Marco u Robert jistħi minn Elisa. Madanakollu dan is-sajf se jikkumplika ruħu mhux biss minħabba l-ġibdiet sesswali li l-protagonisti jibdew jesperjenzaw, iżda għax f’nofs is-sajf il-grupp jiltaqa’ ma’ Sabrina; karattru li se jaqleb il-ħajja tal-protagonisti ta’ taħt fuq. Sabrina; tfajla li se tqanqal bosta emozzjonijiet, mistoqsijiet, dubji u ħsibijiet mhux biss fil-protagonisti ta’ dan ir-rumanz iżda anki fil-qarrejja.



Ixtri

Ninvestigaw il-każ

Il-Kantina tas-Sigrieti

Il-Kantina tas-Sigrieti

    €8.50  

 

 Eta': 11+

Kategorija: Ktieb ta' taħriġ

Numru ta' pagni: 43

Ippublikat: 2020

ISBN:  978-99957-1-891-6


Int għalliem/a tal-Malti fi skola medja? Għażilt jew titħajjar tagħżel ir-rumanz ‘IRVIN VELLA – il-Każ Manduca’ ta’ John A. Bonello bħala parti mill-analiżi tal-proża fil-klassi? Tixtieq riżorsa li tqanqal l-iżvilupp tal- ħsieb u bidu interessanti għall-analiżi letterarja skont kif mistenni mis-sillabu l-ġdid?


Jekk it-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet hi IVA, mela tajjeb li tkun taf dan it-tagħrif dwar ktieb ta’ taħriġ ġdid, ‘NINVESTIGAW IL-KAŻ’ ta’ Jacqueline Mizzi: 


Riżorsa TANĠIBBLI f’idejn l-istudenti li qed jgħixu f’dinja kważi virtwali!

Ktieb stampat BIL-KULUR li jistimula u jqanqal iktar interess u gost!

Linja gwida għall-għalliema b’KISBIET differenti kif proposti fis-sillabu f’KULL KAPITLU!


Ixtri

Il-Kantina tas-Sigrieti

Il-Kantina tas-Sigrieti

Il-Kantina tas-Sigrieti

  €5.00 

 

Eta': 6+

Kategorija: Avventura

Numru ta' pagni: 110 

Ippublikat: 2021

 Pubblikaturi: Horizons 

ISBN:   978-99182-0-079-5 


Kif tħossok kieku tkun ma’ ħbiebek qed tilgħab bil-ballun fil-kampanja, u ssib ruħek f’kantina sigrieta? U din ma kinitx sempliċiment kantina abbandunata tafx!! Kienet kantina li fiha tlett iħbieb setgħu joħorġu minnha BISS jekk jissuperaw tliet provi li jistgħu jkunu fatali!!

La għadek qed taqra qed nassumi li inti tħobb l-avventura u tbati bil-kurżità… għalhekk, jekk trid tiltaqa’ ma’ magni speċjali; ma’ żunżana enormi; mal-ġennati tat-tiġieġ mostrużi; ma’ annimal feroċi; ma’ ġawhra tal-ambra; ma’ persuna unika b’sigriet li ilu mistur snin twal, u fuq kollox tara minn xiex għaddew Kail, Astrid u Jacob, aħtaf dan il-ktieb u fittex intilef qalb il-paġni tiegħu…

Lesti ruħek! Għax dawn it-tlett iħbieb se jiltaqgħu ma’ sfidi strambi ĦAFNA! Tinħasadx, għax se jaħdmu flimkien daqs kemm se jilletikaw! U se jinkwetawk daqs kemm se jdaħħkuk… jew kważi!



Ixtri

Copyright © 2023  |  Jacqueline Mizzi - Drittijiet miżmuma

This website uses cookies.

We use cookies to analyze website traffic and optimize your website experience. By accepting our use of cookies, your data will be aggregated with all other user data.

DeclineAccept