Jacqueline Mizzi | Awtriċi

Jacqueline Mizzi | AwtriċiJacqueline Mizzi | AwtriċiJacqueline Mizzi | Awtriċi

Jacqueline Mizzi | Awtriċi

Jacqueline Mizzi | AwtriċiJacqueline Mizzi | AwtriċiJacqueline Mizzi | Awtriċi
  • Merħba
  • Bijografija
  • Kotba
  • Ikkuntatjana
  • Blog
  • More
    • Merħba
    • Bijografija
    • Kotba
    • Ikkuntatjana
    • Blog

  • Merħba
  • Bijografija
  • Kotba
  • Ikkuntatjana
  • Blog

Kelmtejn dwar l-awtriċi

Fl-2007 Jacqueline gradwat bil-Baċellerat bl-Unuri bħala għalliema tal-Malti u tal-PSCD. Tul il-karriera tagħha mhux biss għallmet dawn iż-żewġ suġġetti iżda għamlet ukoll 4 snin taħdem fil-qasam ta’ Guidance/ Counselling. F’dan iż-żmien, kif ukoll fis-snin kollha taħdem b’mod dirett mal-adolexxenti, kellha l-opportunità tiltaqa’ ma’ bosta żgħażagħ. Dan għenha tkun qrib, tifhem aħjar u tibqa’ aġġornata ma’ dan il-perjodu tant sensittiv tal-ħajja, liema perjodu jirrappreżenta l-qofol tal-kotba li kitbet. Fil-preżent Jacqueline għandha 36 sena, miżżewġa lil Jonathan u għandhom żewġt itfal; Matias u Jade. 


Jacqueline Mizzi, hija l-awtriċi ta’ tliet rumanzi bil-Malti, kif ukoll ktieb ta’ taħriġ. Fl-2015, ‘Horizons Malta’ ppubblikaw l-ewwel ktieb tagħha ‘Esperjenza Unika, Love’, li ġie milqugħ tajjeb ħafna mill-qarreja. Dan għaliex f’sitt xhur biss minn meta ħareġ għall- bejgħ ġie sold-out u reġa’ ġie stampat għat-tieni darba. Kien ukoll wieħed mill-Bestsellers fl-istand tal-Horizons waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-istess sena. Konsegwentament, wara s-suċċess li kellu dan il-ktieb, din l-awtriċi ħasset li l-istorja kellha tkompli, u fl-2016, ħarġet it-tieni ktieb bl-isem ta’ ‘Esperjenza Unika, Sabrina. Kien f’din l-istess sena li l-ewwel ktieb tagħha reġa’ ġie stampat għat-tielet darba konsekuttiva. Fl-2020, Jacqueline ippubblikat ktieb ieħor, din id-darba ta’ taħriġ, għal studenti fl-ewwel sena tas-sekondarja, bl-isem ‘Ninvestigaw il-Każ’. Dan huwa ktieb ta’ analiżi letterarja, bl-intenzjoni li jgħin lill-istudenti jieħdu gost jitħarrġu fl-analiżi kritika ta’ testi letterarji. 


‘Noti Blu’ huwa l-aħħar xogħol ta’ Jacqueline Mizzi li se jkun qed jiġi ppubblikat fil-ġranet li ġejjin. Għal darb’oħra, din l-awtriċi għażlet li tikteb ktieb ta’ qari għall-adolexxenti, kif ukoll għal dawk l-adulti li jieħdu gost jerġgħu jesperjenzaw u jaraw il-ħajja minn għajn żagħżugħa.

  

Matul din is-sena wkoll, wara d-domanda li kien hemm għar-rumanzi ‘Esperjenza Unika, Love’ u ‘Esperjenza Unika, Sabrina’, Horizons iddeċidew li wara snin sold-out, jerġgħu jistampawhom mill-ġdid.

Copyright © 2023  |  Jacqueline Mizzi - Drittijiet miżmuma

This website uses cookies.

We use cookies to analyze website traffic and optimize your website experience. By accepting our use of cookies, your data will be aggregated with all other user data.

DeclineAccept